Monday, May 13, 2024

Euro 2024 – Jgħaddu wkoll l-Italja, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovenja

Aqra wkoll

L-Italja, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovenja, għaqqdu t-total ta’ 20 finalist s’issa, għall-Fażi Finali tal-Euro 2024 … li jinkludu  lit-team ospitu l-Ġermanja, flimkien ma’  ma’ Spanja, Skozja, Franza, Ingilterra, Turkija, Belġju, Awstrija, Portugall, Ungerija, Slovakkja, Albanija, Danimarka, Olanda, Rumanija, Svizzera u Serbja.   

Grupp C – F’partita li ntlagħbet fl-istadium newtrali ta’ Bay Arena ta’ Bayer Leverkusen, l-Ukrajna u l-Italja spiċċaw fi draw ta’ 0-0 biex kienu dawn tal-aħħar li kkwalifikaw. 

Iżda fil-ħin miżjud, l-Ukreni ġew ‘misruqa’ mill-kwalifikazzjoni meta ġew imċaħħda minn dak li deher penalty ċar wara li Bryan Cristante deher iwaqqa’ lil Mykhailo Mudryk. Iżda kemm ir-referee kif ukoll il-VAR ma riedux jaraw l-azzjoni.

L-Ingilterra, diġá kkwalifikati, marru l-Maċedonja u spiċċaw fi draw ta’ 1-1.

Kien it-team ospitu li fetaħ l-iskor mir-rebound ta’ Enis Bardhi (41) wara li ra t-tentattiv tiegħu jiġi salvat parzjalment mill-goalkeeper, Jordan Pickford. 

Żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Ingliżi ħasbu li kisbu d-draw minn Jack Grealish … iżda l-goal tħassar minħabba li Grealish ġie ġġudikat mill-VAR li kien f’pożizzjoni ta’ offside. Iżda l-goal ta’ Harry Kane (59) ġie konvalidat. 

Grupp E – Ir-Repubblika Ċeka għelbu lill-Moldova bl-iskor ta’ 3-0 biex qatgħu l-passaġġ tagħhom għall-Fażi Finali. Il-goals importanti waslu minn David Doudera (14), Tomas Chory (72) u Tomas Soucek (92). 

Moldova kellhom lil Vladislav Babohlo (55) wara li ntwera żewġ karti sofor.  

Grupp H – F’konfront dirett, is-Slovenja laqgħu lil Kazakhstan u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1 biex rebħu l-grupp u  d-dritt li fis-sajf li ġej jilagħbu fl-akbar tourament Ewropew. 

Il-goals waslu minn Benjamin Sesko (41 pen) u Benjamin Verbic (86) filwaqt Ramazan Orazov (48) kiseb id-draw momentarju għall-viżitaturi. 

L-Irlanda ta’ Fuq għelbu lid-Danimarka, li kienu diġá kkwalifikaw, bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals jaslu fit-tieni taqsima minn  Isaac Price (60) u Dion Charles (81).  

Il-Finlandja rebħu lit-team modest ta’ San Marino bl-iskor ta’ 2-1, b’doppjetta Pyry Soiri (50, 58) filwaqt li Filippo Berardi (97 pen) wieġeb għal San Marino.   

Sport