Saturday, May 18, 2024

Is-Safeguarding Board tal-Malta FA jinnotifika d-deċiżjoni marbuta mal-allegazzjonijiet magħmula fil-konfrontDevis Mangia

Aqra wkoll

Is-Safeguarding Board tal-Malta FA llum innotifika d-deċiżjoni marbuta mal-allegazzjonijiet magħmula fil-konfront tal-ex coach nazzjonali, Devis Mangia.

Il-Bord:

  1. ma sabx provi biżżejjed dwar allegazzjoni ta’ fastidju sesswali;
  2. ma sabx provi biżżejjed dwar allegazzjoni ta’ ‘grooming’;
  3. iżda sab provi biżżejjed dwar l-allegazzjoni ta’ imġiba mhux xierqa.

Il-Bord iddeċieda li s-Sur Mangia għandu jiġi sospiż b’mod temporanju minn kull attività tal-futbol sakemm jibda kors ta’ għarfien dwar il-komportament u ż-żamma tad-distanza f’ambjenti professjonali. Dan il-kors għandu jlestih f’mhux aktar minn sitt xhur u jrid ikun wieħed rikonoxxut mill-Bord.

Deċiżjoni motivata mistennija tintbagħat lill-partijiet aktar tard. Din id-deċiżjoni tista’ tiġi appellata.

Is-Sur Mangia kien ġie mneħħi mill-kariga b’mod temporanju mill-Assoċjazzjoni fil-25 ta’ Settembru 2022 u sussegwentement irriżenja fis-7 ta’ Novembru 2022.

Sport