Thursday, September 3, 2026
Home Sport Is-Saudi Pro League – Esperjenza kerha għal Darwin Nunez

Is-Saudi Pro League – Esperjenza kerha għal Darwin Nunez

0
59

Darwin Nunez fetaħ qalbu dwar l-esperjenza diffiċli tiegħu ma’ Al Hilal fis-Saudi Pro League. 

L-attakkant ta’ 27 sena ngħaqad ma’ Al Hilal mingħand Liverpool fis-sajf li għadda għal madwar £56.6 miljun. 

Madankollu, wara li Karim Benzema ngħaqad mal-club f’Jannar, is-sitwazzjoni tiegħu marret għall-agħar. 

Nunez tneħħa mil-lista tal-players reġistrati għat-tieni nofs tal-istaġun, minħabba r-regoli li jillimitaw in-numru ta’ players barranin. 

Huwa kien skorja sitt goals f’14-il partita tal-kampjonat qabel ma tilef postu fit-team. Minkejja li għadu taħt kuntratt ma’ Al Hilal, ix-xahar li għadda Nunez ingħaqad ma’ Al-Diriyah b’self għal staġun. 

Wara li skorja żewġ goals kontra Al Ettifaq fid-29 ta’ Awwissu, Nunez qal li issa jinsab kuntent li qed jerġa’ jilgħab u jiskorja. 

Huwa rringrazzja lill-familja tiegħu, lil martu u lil uliedu talli dejjem appoġġjawh u ma ħallewhx jaqta’ qalbu. 

Nunez qal ukoll li, wara l-maltemp, dejjem toħroġ ix-xemx.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here