Thursday, September 3, 2026
Home Sport Estevao qed jikkunsidra li jitlaq lil Chelsea

Estevao qed jikkunsidra li jitlaq lil Chelsea

0
54

Estevao, it-talent Brażiljan ta’ 19-il sena ta’ Chelsea, qed jingħad li diġà qed jaħseb dwar il-futur tiegħu mal-club, ġurnata biss wara li ngħalaq is-suq tat-trasferimenti tas-sajf. 

Il-player huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar talenti offensivi promettenti fil-Premier League, iżda jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta’ ħin ta’ logħob taħt il-manager il-ġdid Xabi Alonso. 

Estevao tilef l-aħħar parti tal-istaġun li għadda u t-Tazza tad-Dinja 2026 minħabba injury fil-hamstring. Issa li rkupra kompletament, qed isibha diffiċli biex jikseb post regolari fl-ewwel team ta’ Chelsea. 

Huwa lagħab biss seba’ minuti kontra Fulham u baqa’ fuq il-bank kontra Brighton. 

Madankollu, beda l-partita kontra Luton Town fil-League Cup, f’team li kien mibdul ħafna. 

Skont rapporti, in-nuqqas ta’ kompetizzjoni Ewropea jista’ jnaqqas il-ħtieġa li Alonso jagħmel rotazzjoni fil-pożizzjonijiet offensivi. 

Għaldaqstant, jekk is-sitwazzjoni ma titjiebx u ma jingħatax aktar ħin sinifikanti fil-ground, Estevao jista’ jitlob li jitlaq b’self f’Jannar.

Liverpool riedu jiftħu negozjati biex jiffirmawh b’mod permanenti iżda Chelsea ma riedux.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here