Milan qed jippreparaw għall-ewwel test veru tagħhom tal-istaġun fis-Serie A, meta nhar il-Ħadd filgħaxija jilagħbu barra minn darhom kontra Juventus.
Jekk il-coach il-ġdid Ruben Amorim jirnexxielu jirbaħ it-tliet punti, huwa jsir l-ewwel coach ta’ Milan mill-1958 li jirbaħ l-ewwel tliet logħbiet tiegħu fil-kampjonat.
S’issa, Amorim kellu bidu perfett mal-club għall-istaġun 2026-27, hekk kif Milan kisbu sitt punti mill-ewwel żewġ logħbiet.Huma għelbu lil Torino 2-1 barra minn darhom u mbagħad lil Venezia 2-0 f’San Siro.
Madankollu, rebħa kontra Juventus tkun kisba storika. Anke coaches famużi bħal Arrigo Sacchi, Fabio Capello u Carlo Ancelotti ma rnexxilhomx jirbħu l-ewwel tliet logħbiet tagħhom.
Sacchi tilef it-tieni logħba tiegħu, Capello rebaħ l-ewwel tnejn iżda ġie draw mat-tielet waħda kontra Juventus, filwaqt li Ancelotti beda bi draw ta’ 0-0 kontra Piacenza.
L-aħħar coach li rnexxielu jagħmel dan kien Cina Bonizzoni fl-1958.




