Saturday, April 19, 2025

“Is-sempliċità tiegħu tispikka”- l-eks Kummissarju Ewropew Helena Dalli fuq il-Papa Franġisku

Aqra wkoll

“Illum Facebook tellali dan ir-ritratt li huwa għal qalbi ħafna. Għax jiġbor fiħ mument fejn permezz ta’ taħdita li kellna, ikkonfermajt dak li kont smajt u qrajt fuq Papa Franġisku: li huwa simbolu ta’ umilta’, sempliċita u imħabba speċjalment għal dawk esklużi”

Dan iddikjaratu l-eks Kummissarju Ewropew Helena Dalli permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn irrimarkat li l-Papa Franġisku rebaħ il-qlub ta’ miljuni madwar id-dinja. Kemm għall-istil tiegħu ta’ ħajja sempliċi u l-impenn qawwi tiegħu lejn il-foqra, il-ħabsin, u dawk li huma emarġinati.

Is-sempliċità tiegħu tispikka

Dwar il-Papa, Dalli kompliet tgħid; “Minflok fl-appartamenti papali, Franġisku għażel li jgħix f’kamra sempliċi fid-Dar Santa Marta, residenza modesta fil-Vatikan. Din l-għażla kienet sinjal ċar tal-filosofija tiegħu: Knisja li “toħroġ fit-triq” u tkun qrib in-nies, speċjalment dawk fil-bżonn”

Enfasizzat kif il-Papa jagħżel ukoll vetturi sempliċi, u l-istil tiegħu ta’ ilbies huwa minimali, b’enfasi fuq l-essenzjalità, sempliċità li mhux  biss hija estetika, iżda riflessjoni tal-impenn tiegħu li jgħix bħala fqir fost il-foqra, kif spiss qal.

Qalet kif  L-insistenza tiegħu hija fuq Knisja li ma tiddiskriminax: “It-tama hija għal kulħadd, speċjalment għal dawk li huma l-aktar fil-bżonn.”

L-eks Kummissarju Ewropew tenniet li l-ħajja u l-messaġġ tiegħu huma xhieda ta’ din il-viżjoni

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport