Tuesday, May 14, 2024

Is-Sibt li ġej issir il-5 edizzjoni tal-Waterflames f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Nhar is-Sibt 1 ta’ Lulju fix-Xatt tas-Sliema l-Grupp tan-Nar Madonna tas-Sacro Cuor se tippreżenta l-ħames edizzjoni ta’ Waterflames li jinkludi vjaġġ mużikali u spettakklu ta’ logħob tan-nar, għall-okkażjoni tal-Festa Titulari tal-Madonna tas-Sacro Cuor li qed tiġi ċċelebrata f’Tas-Sliema din il-ġimgħa.

Fid-9.30 pm jibda programm ta’ light and pop music mill-Banda Cittadina Sliema fuq il-planċier fix-Xatt Tas-Sliema.

Fl-10.00pm tasal bil-marċ tagħha il-Filarmonica Nazionale La Valette tal-Belt Valletta u jibda logħob tan-nar tal-ajru tradizzjonali. Fl-10.45pm jibda’ show pirotekniku tal-ajru b’mużika ssinkronizzata man-nar.

Biex imbgħad fil-11.00pm jinħaraq il-logħob tan-nar tal-art.

Wara l-Banda Ċittadina Sliema tagħmel marċ lura mix-Xatt tas-Sliema sal-Każin tagħha quddiem is-Santwarju Marjan tal-Madonna tas-Sacro Cuor

In-nar se jkun qed jinħadem mill-Għaqda tan-Nar Santa Marija tal-Qrendi.

Sport