Monday, May 13, 2024

Is-sidien tal-Formula 1 interessati f’investiment fil-club ta’ Liverpool

Aqra wkoll

Is-sidien tal-Formula Wieħed mistennija jiftħu taħdidiet  għal possibbiltá ta’ investiment potenzjali fil-club ta’ Liverpool ma’ Fenway Sports Group (FSG) li qed jikkunsidraw li jbiegħu sehem minoritarju fil-klabb.

Is-sid ta’ FSG, John W Henry, eskluda bejgħ sħiħ tal-club iżda l-ġimgħa li għaddiet huwa qal li l-club qed jitkellem ma’ bosta  investituri”.

Is-sidien Amerikani qed iħarsu lejn kumpaniji tal-midja ewlenin bħala investituri potenzjali biex jieħdu sehem minoritarju fil-klabb tal-Premier League.

Liberty Media, li ilha proprjetarja tal-Formula 1 mill-2017, ġiet ippreżentata bħala investitur potenzjali.

Il-kumpanija tal-midja Amerikana, li għandha limitu tat-team tal-Major League Baseball, Atlanta Braves, kif ukoll il-grupp tar-radju SiriusXM.

Sport