Friday, May 3, 2024

Sejħa lura għal USB Charger li falla t-testijiet u saħansitra ħa n-nar 

Aqra wkoll

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) qiegħda tinforma lill-pubbliku dwar il-periklu assoċjat mal-USB charger “Super Fast Charger / Travel Adapter (25W PD Adapter USB-C)” bin-numru tal-mudell EP-TA800. Il-USB charger falla diversi testijiet u anke ħa n-nar waqt l-ittestjar.

Dan il-USB charger qiegħed jiġi msejjaħ lura peress li dan ma jikkonformax mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar il-Vultaġġ Baxx u l-istandards Ewropej applikabbli, u joħloq riskju serju għall-konsumaturi.

Minħabba f’hekk, l-MCCAA ħadet passi sabiex tiżgura li dan il-prodott jitneħħa mis-suq lokali. Il-konsumaturi li jkunu xtraw dan il-prodott għandhom joqogħdu lura milli jużawh u, fejn possibbli, jirritornawh għand il-bejjiegħ minn fejn xtrawh. Il-bejjiegħa huma obbligati li jirrimedjaw lill-konsumaturi, liema rimedju jista’ jieħu l-forma ta’ sostituzzjoni tal-prodott imsejjaħ lura b’wieħed sigur.

Għal kull mistoqsija jew għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jikkuntattja lill-MCCAA fuq [email protected].

Sport