Jumejn ilu l-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Ministru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, inawguraw il-binja tal-uffiċini l-ġodda ta’ SiGMA Group wara tkabbir sostanzjali li kellha din il-kumpanija matul dawn l-aħħar snin. Dan l-investiment jikkonferma lirwol ewlieni li Malta għandha fil-qasam tal-iGaming u fis-settur tal-konferenzi internazzjonali.
Fir-rigward tal-inawgurazzjoni, tkellimna mal-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u l-Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri. Il-Ministru għall-Ekonomija enfasizza li investiment bħal dan ifisser, li pajjiżna qiegħed isaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu minn madwar id-dinja kollha f’dak li għandu x’jasqam is-settur tal-konferenzi internazzjonali.
Il-Ministru Schembri qal ukoll; “Kien dan il-Gvern li emmen fil-proġett SiGMA tant li din il proposta li kienet saret lil Gvern preċendenti fl – 2011 ma kinetx ġiet appoġjata. Kien dan il-Gvern imbagħad li kien appoġja dan il-proġett fl 2014 fejn kienet ittellgħet l-ewwel edizzjoni ta SiGMA.
Tenna li s-suċċess ta’ SiGMA;”huwa b’mod partikolari aktar għal qalbna għax huwa suċċess Malti, snin ilu rajna l-ewwel SiGMA ssir f’pajjiżna, illum huwa avveniment internazzjonali, u ta’ dan nistgħu biss inkunu kburin”