Matul il-lejl nirien kbar ħakmu s-suq popolari ta’ Marché des Enfants Rouges fil-kapitali Franċiża Pariġi.
Is-sindku ta’ Pariġi, Ariel Weil, qal li n-nar kien taħt kontroll iżda dan il-post emblematiku, popolari kemm mal-lokal kif ukoll mat-turisti, kien “meqrud għalkollox”.
Filmati li qed iduru fuq il-midja soċjali juru fjammi kbar u duħħan kbir tiela’ ’l fuq mill-Belt ta’ Pariġi.
Skont il-gazzetta – Le Monde – il-Marché des Enfants-Rouges huwa l-eqdem suq fil-kapitali Franċiża. Dan il-post ġie kklassifikat bħala monument storiku fl-1982 u jinkludi ristoranti, ħwienet tal-ikel, bejjiegħa tal-fjuri u negozjanti tal-inbid.




