Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Ismael Bennacer viċin li jġedded ma’ AC Milan

Ismael Bennacer viċin li jġedded ma’ AC Milan

0
584

Ismael Bennacer jinsab ferm viċin li jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ AC Milan. Fil-fatt matul il-ġurnata tal-bieraħ kien hemm laqgħa bejn l-aġent tal-plejer u l-amministrazzjoni fit-tentattiv li jsir dan it-tiġdid. 

Hemm imsemmija ċ-ċifra ta’ erba’ miljun kull staġun żieda għalkemm hemm xi dettalji li jridu jiġu ċċarati.

Bennacer ilu ma’ Milan sa mis-sena 2019 fejn lagħab 98 partita u skorja erba’ gowls.