Thursday, April 25, 2024

Isofri ġrieħi serji wara li daħal f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Mellieħa matul il-lejl u waqa’ minn għoli

Aqra wkoll

Żagħżugħ kellu jiddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-2:30 a.m kien involut f’inċident s’sit ta’ kostruzzjoni fl-inħawi ta’ Triq ir-Ramla fil-Mellieħa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li żewġ ġuvintur ta’ 18 u 19-il sena mill-Awstrija kienu daħlu fil-post. Waqt li kienu fuq il-bejt, il-ġuvni ta’ 19-il sena waqa’ f’shaft, għoli ta’ madwar ħames sulari. 

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport