It-target date għat-tlestija tal-Qorti ta’ Għawdex hija Diċembru 2028.Bħalissa l-proġett jinsab fl-istadju tat-tħejjija tad-disinn u tal-pjanti, sabiex dawn ikunu lesti għas-sottomissjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar.
Iddikjara dan il-Ministru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima fil-Parlament meta kien qed iwieġeeb mistoqsija Parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Frank Anthony Tabone.
Il-Ministru Grima spjega li l-pass li jmiss, wara l-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar, huwa l-bidu tax-xogħlijiet ta’ rinovar.
Tenna jgħid li fl-istess ħin, se jibda t-tfassil tad-dokumenti tat-tenders għall-provvista tal-għamara u tal-apparat meħtieġ, sabiex il-Qorti tkun tista’ tibda topera malli jitlestew ix-xogħlijiet ta’ rinovar u jkunu ġew installati s-servizzi u t-tagħmir kollu neċessarju.
