Il-Kampjonat Nazzjonali tal-Volleyball, organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball, beda matul il-weekend fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, b’diversi logħbiet interessanti fl-ewwel ġurnata.
L-akbar sorpriża ġiet minn Depiro, immexxija mill-kowċ Charles Gauci, li taw prestazzjoni impressjonanti biex għelbu lil Falcons 3-0 (25-21, 25-13, 28-26).
KAMPJONAT TAS-SENIORS – RIŻULTATI
Falcons 0-3 Depiro
Birkirkara 3-0 Paola Executive Security
Flyers 3-0 BKVC Reds
Mgarr 0-3 Swieqi Phoenix Nium
Għalhekk, iċ-champions renjanti Swieqi Phoenix Nium bdew id-difiża tat-titlu tagħhom b’rebħa konvinċenti, filwaqt li Birkirkara u Flyers ukoll fetħu l-kampanja tagħhom b’rebħiet fi tliet sets konsekuttivi.




