Thursday, May 16, 2024

It-team nazzjonali Malti tal-Futsal bil-preparamenti finali qabel il-konfronti ta’ ħbiberija kontra l-Awstrija

Aqra wkoll

It-team nazzjonali Malti tal-Futsal jinsab fil-preparamenti finali tiegħu qabel il-konfronti ta’ ħbiberija kontra l-Awstrija nhar it-Tlieta u l-Erbgħa.

“Il-players, tħarrġu tajjeb ħafna, l-attitudni u l-etika tax-xogħol tagħhom kienu sublimi u din hija l-opportunità tagħhom li jiddu, u għal xi wħud minnhom jikkapitalizzaw minn din l-opportunità biex isiru l-mexxejja l-ġodda f’din l-iskwadra transitorja ta’ players, b’ammont sinifikanti ta’ uċuh ġodda jingħaqdu mal-iskwadra”, emfasizza l-coach tat-team nazzjonali tal-futsal, Zeljko Anicic, lejlet l-ewwel kompetizzjoni nhar it-Tlieta.

B’kollox intgħażlu 21 plejer għal din il-partita doppja ta’ ħbiberija għat-team anzzjonali tal-Futsal kontra l-Awstrija, biż-żewġ partiti jibdew fit-8 pm fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke it-Tlieta u l-Erbgħa ta’ din il-ġimgħa.

Luxol Futsal u l-Università ta’ Malta huma l-aktar timijiet rappreżentati f’din l-iskwadra, u b’mod ugwali jipprovdu sitt players kull wieħed lit-Tim Nazzjonali għal dawn il-partiti ta’ ħbiberija għall-Awstrija.

L-għażla tal-iskwadra ta’ 21 player tal-kowċ Anicic hija din:-

Goalkeepers – Clint Mifsud (Luxol Futsal), Dylan Cacciattolo (Università ta’ Malta), Brendon Debono (Swieqi United Futsal), Matthias Borg (Lija Athletic).

Players – Karl Sciortino (Ta’ Xbiex Futsal), Maicon Da Silva (Luxol Futsal), Andre Ciancio (Luxol Futsal), Steven Camilleri (Università ta’ Malta), Jean Noel Azzopardi (Università ta’ Malta), Cleaven Portelli (Università ta’ Malta). ), Matthew Attard (Luxol Futsal), Dale Valletta (Ta’ Xbiex Futsal), Luke Gatt (Luxol Futsal), Ryan Muscat (Swieqi United Futsal), Karl Luke Schembri (St. Georges Futsal), Andre Cachia (Università ta’ Malta) , Aaron Montebello (Università ta’ Malta), Collin Sammut (San Ġwann FC), Denzel Camilleri (Floriana FC), Mason Agius (Mosta FC), Robert Stoyanov (Luxol Futsal).

Sport