Wednesday, July 17, 2024

It-Telgħa tas-Saqqajja magħluqa minħabba nirien f’xi għelieqi  

Aqra wkoll

It-Telgħa tas-Saqqajja bħalissa tinsab magħluqa miż-żewġ naħat. Dan hekk kif għall- ħabta tas- 2:30 p.m nirien ħakmu għalqa fil-viċinanzi tal-istess triq. 

Kelliem għall-Pulizija ikkonferma ma dan is-sit, li bħalissa hemm uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija, fuq il-post sabiex jitfu n-nirien. Huwa kkonferma li f’dan il-każ ma weġġa’ ħadd. 

Is-sewwieqa qed jiġu mitluba jevitaw it-toroq lejn is-Saqqajja sakemm jitneħħa l-periklu

Aktar dettalji malli jaslulna…

Ekonomija

Sport