It-temp għal tmiem il-ġimgħa

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li ġejja t-temp se jkun bil-possibilità ta’ xi xita u anke msaħħab.

Fil-fatt għada l-Ġimgħa t-temp se jkun ftit jew wisq imsaħħab bil-possibilità ta’ raxxa xita. Riħ Forza 3 mix-Xlokk. L-ogħla temperatura tkun 21°C filwaqt li l-inqas 15°C.

Is-Sibt, it-temp ikun ftit imsaħħab bil-possibilità ta’ ftit xita filgħodu li jsir ftit imsaħħab waranofsinhar. Riħ Majjistral Forza 3. L-ogħla temperatura tkun 22°C filwaqt li l-inqas 15°C.

Imbagħad il-Ħadd, it-temp ikun imsaħħab li jissaħħab ħafna kultant u b’riħ Punent Forza 2 li jdur Punent il-Lbiċ ħafif. 

L-ogħla temperatura tkun 21°C filwaqt li l-inqas 15°C.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport