Thursday, November 5, 2026
Home Internazzjonali Il-Ministru tat-Trasport Spanjol jirriżenja wara l-ħabta fatali ta’ ferroviji

Il-Ministru tat-Trasport Spanjol jirriżenja wara l-ħabta fatali ta’ ferroviji

0
64

Il-Ministru tat-Trasport ta’ Spanja, Óscar Puente, irriżenja mill-kariga sitt ijiem wara t-traġedja li ħalliet warajha l-ħabta ta’ ferroviji b’veloċità għolja u li fiha nqatlu mill-inqas 69 persuna u ndarbu għexieren oħra.

Puente ħabbar id-deċiżjoni tiegħu fil-Kungress wara li ta xhieda dwar id-diżastru ta nhar l-Erbgħa li għadda qrib il-belt ta’ Urda, fin-nofsinhar tal-kapitali Madrid, fejn ferrovija baqgħet dieħla fuq wara ta ferrovija oħra li kienet wieqfa.

B’referenza wkoll għall-ħabta li seħħet f’Jannar li għadda fuq l-istess linja, li fiha tilfu ħajjithom 46 persuna, Puente qal li Ministru tat-Trasport  f’pajjiż bħal Spanja ma jistax jibqa’ fil-kariga wara żewġ inċidenti ta’ din il-gravità u f’inqas minn sena.

Il-ħabta li seħħet fit-28 ta’ Ottubru li għadda kienet waħda mill-agħar diżastri li tinvolvi ferrovjarji fl-istorja moderna tal-Ewropa u l-agħar inċident fi Spanja mis-sena 2013 ’l hawn.

Puente ħabbar id-deċiżjoni tiegħu fi tmiem sessjoni twila fil-Kungress, it-Tlieta filgħaxija, li matulha ppreżenta miżuri ġodda għas-sigurtà ferrovjarja. Huwa ħabbar ukoll li ma kienx biss qed jirriżenja mill-kariga tiegħu ta’ Ministru tat-Trasport iżda rtira wkoll ismu mil-listi għall-elezzjonijiet leġiżlattivi bikrija.

L-oppożizzjoni ewlenija, il-Partit Popolari (PP) konservattiv u l-partit tal-lemin estrem Vox, it-tnejn li huma sostnew li l-ministru għandu jerfa’ r-responsabbiltà għal sistema ferrovjarja ta’ veloċità għolja li bosta Spanjoli issa jqisuha bħala mhux sigura, u li l-kredibbiltà tagħha hija mkissra.

L-oppożizzjoni kkritikat ukoll lil Puente talli deher li tefa’ t-tort tal-inċident fuq żball uman, u sostniet li l-ministru kien qed jipprova jiddevja t-tort minn fuq in-nuqqasijiet tiegħu stess.

L-inċident ferrovjarju u d-deċiżjoni ta’ Puente seħħew f’mument kruċjali fil-kalendarju politiku Spanjol, bl-elezzjoni ġenerali bikrija fid-29 ta’ Novembru .

Ħafna osservaturi jaraw l-inċident bħala daqqa ta’ ħarta elettorali enormi għall-gvern Soċjalista li se tagħmilha kważi impossibbli għal Sánchez li jisfida l-istħarriġ u jirbaħ l-elezzjoni.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here