Żewġ anzjani l-Isptar wara inċident tat-traffiku fiż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Żewġ anzjani kellhom jiddaħlu l-Isptar wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fi Triq iż-Żebbuġ fiż-Żebbuġ Għawdex.

Kelliem għall-pulizija qalilna li s-sewwieqa kienet anzjana ta’ 72 sena residenti ż-Żebbuġ filwaqt li magħha kien hemm anzjana ta’ 71 sena residenti l-Awstralja.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-anzjana tilfet il-kontroll tal-karozza u baqgħet dieħel f’arblu tad-dawl.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li ħadu lill-anzjani l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura.

Il-kundizzjoni tagħhom s’issa għadha mhix magħrufa filwaqt li l-pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport