Wednesday, March 27, 2024

It-tibdil fil-klima qed iwassal għal nirien

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Xjentisti qed isostnu li t-tibdil fil-klima qiegħed iwassal għaż-żieda fil-każi ta’ nirien bħal dawk li għaddejjin bħalissa f’Kalifornia. 

L-analiżi li għamlu dawn ix-xjentisti turi li hemm “evidenza ċara” li t-tisħin global qiegħed iżid il-kundizzjonijiet biex jiżviluppaw dawn in-nirien kbar. L-awturi tar-rapport qalu li llum il-ġurnata Kalifornia hija esposta ħafna iktar għar-riskji tan-nirien meta mqabbel mal-perjodu fejn l-umani ma kinux qegħdin jaffettwaw il-klima  bl-attivitajiet tagħhom. 

L-esperti żiedu jgħidu li dak li jsostni l-President Donald Trump, jiġifieri li l-immaniġġjar ħażin tal-foresti qiegħed iwassal għal dawn in-nirien, ma jispjegax il-ħafna każijiet ta’ nirien li kien hawn dan l-aħħar. 

Ekonomija

Sport