Sunday, March 23, 2025

It-tielet espert tal-inkjesta jxolji l-kumpanija

Aqra wkoll

Espert ieħor fl-inkjesta dwar l-isptarijiet – Andrew Robert Coles – xolja l-kumpanija tiegħu. Dan huwa t-tielet espert maħtur mill-Maġistrat Gabriella Vella li xolja l-kumpanija li biha tħallas, wara li intemmet l-inkjesta, li swiet lill-pajjiż €11-il miljun.

Andrew Robert Coles inħatar espert tal-Qorti fuq l-inkjesta dwar l-isptarijiet fit-2 ta’ Settembru 2020 fuq parir tal-espert ewlieni Jeremy Harbinson. Meta Harbinson u shabu ppreżentaw ir-rapport tagħhom lill-Maġistrat Vella fid-19 t’April 2024 Coles kien wieħed mill-firmatarji.

Ħames xhur wara li nħatar espert tal-Qorti, fl-4 ta’ Frar tas-sena 2021, Andrew Robert Coles waqqaf flimkien ma’ martu l-kumpannija Rhineconsulting AML Limited bl-uffiċċju rreġistrat fuq l-accountants tiegħu Mcllveen Howard Limited fl-Irlanda ta’ Fuq. Huwa u l-mara kellhom għaxar ishma kull wieħed u nvestew 2 liri sterlini bħala kapital. Mingħajr dubju dan kien investiment fis-sod għax il-Qorti ħallset madwar €240,000 għall-hidma ta’ Andy Coles fl-inkjesta dwar l-isptarijiet.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport