Monday, May 13, 2024

It-tilqima ta’ Oxford effettiva sa 70% … Titla’ sa 90% meta mogħtija f’żewġ dożi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

It-tilqima żviluppata mill-Università ta’ Oxford kapaċi jipprevjeni sa 90% tal-persuni milli jiżviluppaw sintomi.

Skont rapporti li għadhom qed jiġu aġġornati, l-ewwel indikazzjonijiet b’rabta mal-istudju li sar fuq madwar 20,000 persuna rriżulta li t-tilqima hija effettiv sa 70%.

Minkejja dan, dan il-persentaġġ jitla’ għal 90% meta grupp ta’ voluntiera nagħtaw doża ħafifa segwita minn doża sħiħa minn dan il-vaċċin.

Din l-aħbar qiegħda tiċċirkola biss ftit jiem wara li Pfizer u Moderna ħabbru li l-ewwel testijiet taw riżultati pożittivi ferm. Dan hekk kif l-ewwel indikazzjonijiet juru li t-tilqim tagħhom kapaċi jipproteġi sa 90% ta’ dawk li jingħataw it-tilqima.

Sport