Friday, November 29, 2024

It-tim A tal-irġiel b’żewġ rebħiet importanti

Aqra wkoll

It-timijiet Maltin li qed jieħdu sehem fit-tazza tan-nazzjonijiet tal-Blackball fil-belt ta’ Bridlington fl-Ingilterra kellhom riżultati mħallta fir-raba’ ġurnata ta’ logħob.

It-tim B tal-irġiel immexxi minn Philip Gatt tilef l-ewwel logħba tiegħu kontra l-Ingilterra B1 11-10 għalkemm patta bil-kbir fit-tieni ħarġa tal-ġurnata meta ddomina l-konfront kontra l-Irlanda ta’ Fuq B1 16-5. Dan it-tim se jilgħab logħba importanti dalgħodu fl-għaxra hekk kif jaffaċċja lil Wales B1 fil-konfront dirett tan-naħa ta’ fuq tal-klassifika.

Kienet ġurnata ferm pożittiva għat-tim A tal-irġiel immexxi minn Clevion Micallef li rebaħ iż-żewġ logħbiet li lagħab kontra l-Belġju A 20-5 u kontra l-Irlanda A14-11.

Mill-banda l-oħra s-Seniors tilfu ma’ Wales 16-9 bil-Masters li għelbu lill-Ġibilta’ 20-5 għalkemm tilfu kontra l-Ingilterra 16-9.

Fil-kategorija tal-individwali, il-plejer Malti Clint Azzopardi ġie eliminat fil-kwarti tal-finali kontra l-Ingliż Greg Davies meta tilef 5-0.


Sadanittant illum se jkun jum impenjattiv għat-timijiet Maltin li se jkunu fl-azzjoni f’din il-ħames ġurnata b’dan il-programm (ħin lokali)

10:00 – Malta Men’s A vs Katalunja

10:00 – Malta Men’s B vs Wales B1

10:00 – Malta Seniors vs Irlanda

10:00 – Malta Masters vs Skozja

15:00 – Malta Men’s A vs Shetland

15:00 – Malta Men’s B vs Skozja B1

16:30 – Malta Masters vs L-Afrika t’Isfel

20:00 – Malta Men’s A vs Ingilterra

20:00 – Malta Men’s B vs Irlanda B

23:00 – Malta Seniors vs Skozja

Sport