Monday, July 6, 2026

It-tim nazzjonali Malti tal-Hockey b’wirjiet pożittivi fi Sqallija

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali tal-irġiel tal-Hockey temm b’suċċess il-mawra ta’ preparazzjoni fi Sqallija, fejn kiseb żewġ rebħiet minn daqstant logħbiet qabel il-logħob ta’ kwalifikazzjoni tat-tieni diviżjoni tal- 2026 li se jsiru f’Ħelsinki ftit tal-jiem oħra.

Fl-ewwel logħba, Malta għelbet lil Messina bl-iskor ta’ 3-1. Wara l-ewwel taqsima bilanċjata, it-tim Malti ddomina fit-tieni quarter u ħareġ bi pjan tattiku li rriżulta f’suċċess. Il-gowls waslu mingħand Deemer Rapinett, Nathan Pace Gasan u Thomas Degiovanni.

Fit-tieni impenn, Malta rebħet ukoll lil Polisportiva Galatea U21 bl-istess skor ta’ 3-1. Minkejja li kienet it-tieni logħba tal-ġurnata, il-plejers żammew ritmu għoli, filwaqt li l-istaff tekniku ta ċans lill-iskwadra kollha. Christ Agius skorja gowl wieħed, filwaqt li Joseph John Ellul-Turner kiseb doppjetta.

Malta tinsab fi Grupp A flimkien mal-Greċja, il-Finlandja u Ġibiltà, bil-logħba tal-ftuħ tkun kontra l-Greċja fid-9 ta’ Lulju.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport