Minn Cristian Muscat
L-istorja ta’ Cabo Verde fit-Tazza tad-Dinja 2026 se tibqa’ mfakkra bħala waħda mill-aktar kapitli straordinarji ta’ din il-kompetizzjoni dinjija. Għal Dodo Soares, attakkant minn dan il-pajjiż li m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni f’pajjiżna hekk kif jilgħab ma’ Marsaxlokk FC, din ma kinitx biss avventura sportiva, iżda mument ta’ kburija nazzjonali għal pajjiż żgħir li rnexxielu jagħmel impatt enormi fuq il-palk globali tal-futbol.
“Jien Cabo Verdjan u kburi ħafna b’dak li għamel pajjiżi. Għalina kienet l-ewwel Tazza tad-Dinja u kienet esperjenza sabiħa u emozzjonanti ħafna,” qal Soares. “Kull logħba kienet mimlija emozzjoni. Ktibna l-istorja għall-poplu tagħna.”
Cape Verde, magħrufa bħala l-“Blue Sharks”, daħlu fil-kompetizzjoni bħala hekk imsejħa underdogs fi Grupp H kontra timijiet kbar bħal Spanja u l-Urugwaj. Minkejja dan, it-tim wera dixxiplina tattika impressjonanti u spiċċa l-fażi tal-gruppi mingħajr telfa, inkluż draws storiku kontra Spanja (0-0) u l-Urugwaj (2-2), kif ukoll punt kontra l-Arabja Sawdija (0-0).
Soares enfasizza l-għaqda tal-iskwadra bħala fattur kruċjali tas-suċċess. “Konna nafu li mhux se jkun faċli, imma l-plejers ħadmu flimkien. Id-dixxiplina fid-difiża u l-mentalità tagħna għamluna kompetittivi kontra kulħadd,” spjega.
Il-mument storiku wasal fil-fażi eliminatorja fejn Cabo Verde affaċċjaw lill-Arġentina, champions tad-dinja tas-sena 2022. Minkejja t-telfa 3-2 wara ħin miżjud, il-“Blue Sharks” għamlu wirja erojka u saħansitra skorjaw darbtejn kontra wieħed mill-aktar timijiet b’saħħithom fid-dinja.
“Dik il-logħba kienet speċjali. Għalkemm tlifna, wrejna li nistgħu nikkompetu ma’ kulħadd. Qatt ma ċedejna,” qal Soares.
L-esperjenza spiċċat b’eliminazzjoni fir-round tal-aħħar 32, iżda l-wirt li ħallew wara tagħhom huwa enormi. Cabo Verde saru l-iżgħar nazzjon li qatt wasal sal-fażi eliminatorja u kisbu rispett globali mingħand partitarji u esperti tal-futbol.
“Din kienet storja għall-poplu kollu. Wrejna min aħna bħala Cabo Verdjani. Dan huwa biss il-bidu,” temm jgħid Soares.
Soares kompla jirrifletti fuq kif l-avventura tagħhom li qajmet ammirazzjoni mad-dinja kollha, fejn anke figuri kbar u midja internazzjonali faħħru l-prestazzjonijiet tagħhom.
“Dak li għamilna mhux biss riżultat tal-futbol,” qal. “Kien sinjal ta’ min aħna bħala poplu. Wrejna li anke jekk int żgħir, tista’ tikkompeti ma’ kulħadd.”
Huwa semma kif Thierry Henry faħħar lit-tim, u qal li għalkemm Cape Verde tilfu, “rebħu l-qlub tan-nies.” Soares qal li dan il-kumment kellu piż enormi bħala plejers li mhux imdorrijin f’dawn ix-xenarji internazzjonali. “Meta plejer ta’ dak il-livell jgħidlek hekk, tifhem kemm wasalna ‘l bogħod.”
“Zlatan Ibrahimović ukoll faħħar lit-tim fuq il-midja soċjali, fejn saħaq li Cape Verde ma tilifx imma kiseb rispett dinji u tat prova ċara li l-futbol modern jippermetti lill-pajjiżi żgħar jissieltu fuq livell għoli.”
“Anke ġurnalisti u kritiċi tal-futbol internazzjonali qalu li aħna ktibna l-istorja tat-tazza tad-dinja. Meta tisma’ dawn il-kliem, tifhem li għamilna xi ħaġa speċjali ħafna,” kompla Soares.
“Il-kummentaturi televiżivi kienu wkoll impressjonati. Peter Drury saħaq li Cape Verde “rebħu dan il-Mundial b’mod differenti,” billi ħallew impatt emozzjonali fuq id-dinja tal-futbol.”
Soares spjega kif kowċis u analisti kienu wkoll sorpriżi bil-livell tat-tim. Id-dixxiplina difensiva u l-kundizzjoni fiżika ġew imfaħħra bħala elementi ewlenin li taw fastidju anke lil avversarji hekk imsejħa ta’ livell għoli.
“Qalu li l-Arġentina dehru għajjenin kontra tagħna. Imma aħna ħdimna bla waqfien. Id-dixxiplina tagħna kienet l-akbar saħħa,” qal Soares.
Huwa żied li anke analisti tattiċi kienu jqisu s-sistema difensiva tagħhom bħala eżempju għal timijiet akbar. “Li tim żgħir jorganizza ruħu hekk kontra champions tad-dinja huwa inkredibbli,” kompla jgħid.
Ir-rispons mill-media internazzjonali kien qawwi wkoll. Kien hemm min kiteb dwar kif l-Arġentina “salvat mill-ħin miżjud minn miraklu ta’ Cabo Verde,” filwaqt li oħrajn faħħru l-kuraġġ u l-eroiżmu tat-tim Afrikan.
Soares temm billi semma l-aktar mument emozzjonanti ta’ dawn il-logħbiet li lagħbu fit-Tazza tad-Dinja: il-gowl kontra l-Arġentina fil-fażi eliminatorja
“Dak il-gowl kien bħal ħolma. Anke jekk tlifna, għal ftit minuti konna parti mill-istorja kbira tal-futbol,” qal.
Huwa saħaq li din it-tazza tad-dinja se jibqa’ bħala punt ta’ bidla għal Cape Verde. “Dan mhux tmiem, imma l-bidu ta’ xi ħaġa sabiħa. Issa d-dinja taf min aħna. U aħna se nerġgħu niġu aktar b’saħħitna.”
Cabo Verde telqu mit-Tazza tad-Dinja 2026 b’rashom mgħollija, b’rispett dinji u b’reputazzjoni ġdida bħala wieħed mill-aktar stejjer emblematiċi fl-istorja tal-kompetizzjoni.
Soares żied ukoll li wieħed mill-aktar aspetti importanti ta’ din il-kampanja kien l-impatt fuq il-ġenerazzjoni żagħżugħa f’Cabo Verde. Hu spjega kif eluf ta’ tfal issa qed jaraw il-futbol bħala possibbiltà reali u mhux biss ħolma.
“Dak hu l-veru rebħ tagħna,” qal. “Meta tara t-tfal fil-gżejjer tagħna jemmnu li jistgħu jilħqu l-istess livell, tifhem li l-isforz ta’ dawn ix-xhur kien jiswa kollox.”
Huwa semma wkoll kif l-infrastruttura u l-investiment fil-futbol lokali x’aktarx se jibdew jikbru wara dan is-suċċess, bil-federazzjoni diġà qed tħares lejn pjanijiet ġodda għall-iżvilupp tat-talent żagħżugħ.
“It-Tazza tad-dinja fetħet bibien ġodda għalina. Issa għandna responsabilità li nkomplu nibnu fuq dan il-mument storiku,” temm jgħid Soares.
‘It-Tazza tad-dinja fetħet bibien ġodda għalina … issa għandna responsabilità li nkomplu nibnu fuq dan il-mument storiku’ – Dodo Soares