Sunday, May 5, 2024

It-tmien omiċidji li seħħew fl-2022 il-pulizija ssolvihom kollha

Aqra wkoll

Il-ħidma tal-Pulizija f’Malta matul l-2022 kompliet tħalli l-frott hekk kif it-tmien omiċidji li seħħew kollha ġew solvuti. L-allegati qattiela tressqu l-Qorti u għaddejjin proċeduri fil-konfront tagħhom.

Matul din is-sena, kellna tlieta mil-vittmi li kienu nisa. Is-sena bdiet bil-qtil ta’ Paulina Dembsk, Polakka ta’ 29 sena li kienu ġie stuprata u maqtula f’Tas-Sliema u l-aħħar femiċidju li seħħ kien ta’ Bernice Cassar li r-raġel tagħha tressaq akkużat bil-qtil.

Magħhom kien hemm ukoll Rita Ellul li kienet instabet maqtulha f’Għajnsielem f’Għawdex. Dawn dan id-delitt kien tressaq il-Qorti s-sieħeb tagħha.

Qtil ieħor kien dak ta’ Mario Farrugia ta’ 62 sena minn Pembroke. Farrugia kien instab mejjet f’bagoll ta’ karozza fil-Wied ta’ Ħal Qormi wara jiem sħaħ ta’ tfixxija.

Il-vittmi l-oħrajn ta’ omiċidji li seħħew matul l-2022 kienu kollha barrani. Dawn kienu Fawez Najem, Sirjan ta’ 25 sena li nqatel b’daqqa ta’ sikkina f’qalbu f’appartament fi Triq il-Wied f’Marsalforn waqt argument bejn numru ta’ rġiel Sirjani.

Kien seħħ delitt fuq Eġizzjan ta’ 21 sena li kien inqatel waqt argument fil-Marsa kif ukoll Joseff Rivas ta’ 44 sena li kien inqatel b’daqqiet ta’ sikkina f’Paceville. Jingħad li Rivas kellu diversi każi mal-pulizija barra minn Malta.

Każ ieħor kien tal-Ingliż Roger William Donald Dudley-Ward ta’ 60 sena li kien inqatel wara argument f’ħanut tax-xorb f’Buġibba.

Sport