Saturday, May 4, 2024

It-Tork li waqa’ f’ħofra fir-Rabat sofra ġrieħi gravi

Aqra wkoll

Raġel sofra ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:15 a.m kien involut f’inċident f’sit tal-kostruzzjoni fi Triq Inguanez fir-Rabat.

Minn stħarriġ illi sar rriżulta li ħaddiem Tork ta’ 47 sena residenti r-Rabat, waqa’ f’pile shaft fond madwar 18-il metru. 

Fil-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport