Thursday, December 26, 2024

“Iva inti dejjem xogħol? Issa min jaf kif int imdawwar bit-tfal”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’waħda mill-bidliet li għamel dan is-sit kellna l-isem li sar Talk għax nifhmu li l-qarrejja tagħna jridu jitkellmu wkoll u ħafna drabi l-messaġġi u l-appelli pożittivi tagħhom iqanqlu ċertu emozzjoni u mħabba.

Fost esperjenza mill-ħafna li kellu Dr. Calvagna matul is-snin kien hemm dik li għażlet li taqsam mal-pubbliku Solange Magri. Hija tindirizzah bħala “Għażiż Dr. Victor Calvagna” u tirrakkonta dwar kemm kien attiv u jħobb l-isports. Hija tirrakkonta dwar l-esperjenza tagħhom fl-Isptar u kif hu intervjena mill-ewwel qabel huma stess kienu jafu x’għandu. 

“Inti kont il persuna li tajtna l-aħbar kerha u kont nammirak li inti genitur ukoll u min jaf x’kont tħoss meta kont tagħti aħbar ħażina lil ġenituri oħra. Kont għedtli biex jiġri x’jiġri nibgħatlek u meta bgħattlek biex nagħtik xi update dejjem irrispondejtni jew ċempiltli mill-ewwel. Nista’ ngħid kont narak kuljum, iva kuljum kont tiġi tara lil Juan u dejjem nistaqsik “inti dejjem xoghol?””, tkompli tgħid din il-mara.

Għal din id-domanda hu kien jitbissem u dik kienet konferma ċara tal-imħabba tiegħu għat-tfal pazjenti fl-isptarijiet. Kien jimpurtah minnhom u mill-ġenituri tagħhom u kien jara li ma jkunx biss konsulent tal-pazjent, iżda ħabib tal-ġenituri wkoll.

“L-aħħar ġimagħtejn li konna l-isptar kont għedtilna li n-nifs ta’ Juan qed ibatti u għedtilna mmorru Rainbow Ward ha nkunu komdi qisna qegħdin id-dar u kellek raġun għax hemmhekk sibna familja oħra u li kienu jafu jieħdu ħsieb każijiet bħal tagħna”, tkompli tirrakkonta l-omm.

Iżżid tgħid li kien Calvagna stess li ħadhom minn Mater Dei lejn il-Ward u mexa magħhom tul il-kurituri tal-Isptar biex jaċċerta ruħu li ma jkunx hemm tfixkil. Sfortunatament binhom Juan miet u Calvagna nzerta ma kienx xogħol, iżda kif ċemplulu biex jinfurmawh, hu mar l-Isptar minnufih.

“Issa min jaf kif inti mdawwar bit-tfal u erġajt iltqajt ma’ Juan. Strieħ fis-sliem”, temmet tgħid Solange.

Ekonomija

Sport