Friday, April 26, 2024

Iweġġa’ gravi f’ħabta bejn mutur u karozza f’Santa Luċija

Aqra wkoll

Raġel ta’ 51 sena u residenti Santa Venera, għall-ħabta tat-8.00am, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Luqa, Santa Luċija.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Honda Fit misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti l-Kalkara, u mutur Kawasaki Ninja misjuq mill-vittma. Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport