Monday, May 13, 2024

“Minħabba l-vjolenza fid-dinja, jħossu li Alla telaqhom”

- L-Arċisqof Charles Scicluna waqt iċ-ċelebrazzjoni ta' Ħadd il-Palm

Aqra wkoll

“Minħabba l-vjolenza fid-dinja, ħafna jħossu li Alla telaqhom.” Hekk stqarr l-Arċisqof Charles Scicluna waqt iċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.

B’Ħadd il-Palm il-Knisja Kattolika titfaħ ġimgħa ta’ tifkiriet li jwassal għal aktar festa tal-Knisja – L-Għid il-Kbir.

L-Arċisqof Scicluna waqt l-omelija qal li ħafna nies telqu lil Alla. Stqarr li hemm oħrajn li minħabba l-vjolenza tad-dinja jħossu li Alla telaqhom. Hu rrefera għal żjara li kien għamel f’kamp tal-konċentrament fil-Polonja fejn qal li dak li kien qiegħed jigwidhom qallhom li l-Lhud ma jitolbux f’dak il-post minħabba li jħossu li Alla telaqhom.

Kien hawn li l-Arċisqof fakkar il-vittmi tal-gwerew li għaddejjin bħalissa. Semma l-aggressjoni fl-Ukranja, il-mijiet u eluf ta’ vittmi fil-Palestina, l-ostaġġi Iżrealiti li nqatlu kif ukoll l-attakk terrorisiktu fil-kapitali Russa Moska. Qal li l-attakk f’Moska sar fuq persuni nnoċenti li marru għal mumenti ta’ mistrieħ u divertiment u spiċċaw vittmi ta’ vjolenza.

Sport