Saturday, May 4, 2024

Iweġġa’ gravi f’ħabta bil-mutur f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Raġel ta’ 43 sena li joqgħod Bormla weġġa’ gravi wara li ilbieraħ kien involut f’ħabta bil-mutur f’Birżebbuġa.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:15 p.m fi Triq Ħal Far.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Ford misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti Marsaxlokk u mutur Yamaha misjuq mill-vittma.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport