Monday, May 13, 2024

Iweġġa’ gravi f’inċident b’mutur tal-ħart fil-Qala

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-5:00 p.m kien involut f’inċident fi Triq tas-Surġent fil-Qala.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 38 sena mis-Sannat kien sofra xi ġrieħi wara li nqabditlu siequ waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol b’moħriet.

Fil-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li assistew minnufih lir-raġel sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċertifikat li weġġa’ gravi.

Aktar informazzjoni kif taslilna…

Sport