Friday, April 26, 2024

Iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn vettura f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tas-7:00 p.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Dawret San Pawl, San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Spanjol ta’ 25 sena u residenti San Pawl il-Baħar intlaqat waqt li kien qed jaqsam it-triq fuq e-kick scooter minn Hyundai Getz misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lir-raġel sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport