Saturday, April 20, 2024

Bħal-lum 10 snin ilu …  jinkiser ir-rekord tal-4×100 metru tan-nisa

Aqra wkoll

Carmelita Jeter u Allyson Felix kienu ilhom jissieltu ras imb’ras matul l-Olimpjadi ta’ Londra 2012, iżda l-aqwa żewġ atleti Amerikani għaqqdu t-talenti tagħhom flimkien biex wasslu lill-Istati Uniti għall-midalja tad-deheb fir-relay tan-nisa 4×100 metru.

Huma kisru r-rekord mondjali f’ħin ta’ 40.82 sekondi. Ir-rekord preċedenti kien irreġistrat fl-1985, fil-Ġermanja tal-Lvant, b’ħin ta’ 41.35 sekondi.  

Iż-żewġ atleti l-oħra li kienu parti minn dan it-team kienu Tianna Madison u Bianca Knight.

Sport