Wednesday, April 24, 2024

Fl-Amerka: Mara tista’ teħel għomor il-ħabs wara li qatlet ħames persuni f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Mara ġiet akkużata b’sitt akkużi ta’ qtil wara li qatlet mara tqila u ħames persuni oħra f’inċident tat-traffiku.

Il-prosekuturi fil-qorti qalu li apparti dan l-inċident, il-mara kellha 13-il inċident ieħor fil-passat. Madanakollu hija xorta tħalliet issuq kif ukoll taħdem fi sptar bħala infermiera.

L-awtoritajiet ma sabu l-ebda evidenza li f’dan l-inċident il-mara setgħet kienet taħt l-effet tal-alkoħol jew tad-droga fejn qatlet ħames persuni. 

Allegatament il-mara saqet fuq id-dawl l-aħmar u kienet għaddejja b’veloċità qawwija tant li baqgħet dieħla f’xi karozzi wkoll. 

Għadu mhux magħruf għaliex il-mara tħalliet taħdem bħala infermiera minħabba kwistjonijiet ta’ saħħa mentali. 

Jekk hija tinstab ħatja tal-akkużi kollha kontriha, hija tista’ tiġi kkundannata sa 90 sena għal għomor il-ħabs. 

Sport