Saturday, May 4, 2024

“Ix-xogħol fuq it-trakka b’mod viżibbli fi żmien qarib”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Għalkemm forsi x-xogħol viżibbli għadu lura, ikkommettejna ruħna, hemm l-art li ġiet identifikata, it-trakka ssemmiet fil-budget, kien hemm vot speċifiku għaliha u għalhekk nistennew żmien sabiħ għal dawn id-dilettanti tal-motorsport”.

Iddikjara dan ma’ dan is-sit, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima meta mistoqsi dwar kif dan il-Gvern qiegħed jaħdem biex wara tant snin jiġi attwat proġett imwiegħed minn amministrazzjonijiet differenti matul is-snin.

Il-Ministru Grima qal li minn żmien għal żmien ikollok passi li ma jkunux fl-aħbarijiet, jew jiġu esposti biss ftit partijiet minnhom. Huwa rrefera għall-ħidma li għaddejja fin-naħa ta’ Wied Żnuber li huwa xogħol essenzjali li mingħajru ma jkunx jista’ jintlaħaq il-qofol ta’ dan il-proġett.

“Tajjeb wieħed jgħid ukoll li f’dawn il-ġimgħat kellek tindif estensiv fejn eluf ta’ tunnellati ta’ materjal ġew imneħħija u mnaddfa mis-sit inkwistjoni”, tenna l-Ministru Grima filwaqt li kien ċar li jifhem li wara tant snin ta’ wegħdiet l-isportivi jistennew li jaraw dak li huwa viżibbli u għalhekk iva fi żmien qarib ix-xogħol fuq it-trakka se jkun qiegħed jidher b’mod viżibbli wkoll.

Sport