Wednesday, March 13, 2024

“Ix-xogħol ta’ bidwi minkejja kull sodisfazzjon iġib miegħu tbatija u anke riskji”

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said issellem il-memorja ta’ Emanuel Grech ir-raġel li tilef ħajtu f'inċident fl-Imġarr

Aqra wkoll

Għalkemm xi drabi forsi ma nagħtux kas biżżejjed kemm ix-xogħol tal-bdiewa huwa xogħol ta’ strapazz, inċident bħal dan tal-lum iġegħelna nirrealizzaw kemm ix-xogħol agrikolu jġib tbatija u riskji.

Dan kien il-messaġġ ewlieni tas-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said appena nxterdet l-aħbar li Emanuel Grech tilef ħajtu traġikament f’inċident li kellu b’mutur tal-ħart waqt li kien qed jaħdem f’għalqa fl-Imġarr.

Bugeja Said qalet li l-komunità Mġarrija tinsab maħsuda bit-telfa ta’ Grech hekk kif hi personalment tafu bħala raġel ħabrieki.

Is-Segretarju Parlamentari tat il-kondoljanzi tagħha lill-familja b’mod speċjali lil martu Evelyn u wliedu Edmond, Samuel u David.

Ekonomija

Sport