Wednesday, April 24, 2024

Mistenni sinjal ġdid ta’ appoġġ lill-Ukranja waqt is-summit tar-Rebbiegħa tal-UE

Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi Brussell biex jiltaqa’ mal-mexxejja kollha tal-pajjiżi membri

Aqra wkoll

Waqt li llum beda jtilaqqa s-summit tar-Rebbiegħa bejn il-mexxejja kollha tal-Unjoni Ewoprea, fuq nett tal-aġenda se jkun hemm il-kwistjoni tal-Ukranja fejn hu mistenni sinjal ġdid ta’ appoġġ lil dan il-pajjiż.

Il-Prim Ministru Robert Abela telaq dalgħodu biex jattendu għal dan is-summit li jsir fi Brussell, fejn fost l-oħrajn se jkun qed jipparteċipa wkoll is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda Antonio Guterres u l-President Ukren Vlodoymyr Zelensky.

Id-diskussjoni se tkun qed tiffoka fost l-oħrajn fuq il-gwerra li għaddejja bħalissa l-aktar minħabba l-aħħar manuvri li wettaq il-President Russu hekk kif żar iż-żona ta’ Mariupol fl-Ukranja. Aktar minn hekk fl-aħħar jiem fir-Russja kien hemm iż-żjara tal-President Ċiniż Xi Jinpin.

Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel qabel ma beda s-summit qal li l-Unjoni Ewropea għandha tkompli tkun ta’ spalla għall-poplu Ukren.

Mistennija ssir diskussjoni wkoll dwar l-enerġija minħabba l-kriżi kbira li daħlu fiha miljun ta’ persuni li jgħixu fl-Unjoni Ewropea hekk kif splodew il-prezzijiet.

Punt ieħor li se jkun qiegħed fuq l-aġenda hi l-immigrazzjoni irregolari hekk kif il-Prim Ministru Taljan kienet qalet aktar kmieni li waqt dan is-summit se tqajjem din il-kwistjoni mal-mexxejja kollha tal-Unjoni Ewropea. Hi kienet qalet li trid tinstab soluzzjoni li tkun waħda fissa u mhux temporanja.

Sport