Tuesday, March 19, 2024

95,000 pensjonant irċevew il-pagament b’rati miżjuda

Aqra wkoll

Fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena, il-gvern investa mal-€200 miljun f’benefiċċji soċjali, bil-maġġoranza ġew investiti f’benefiċċji kontributorji.

Dawn il-pagamenti jinkludu l-pensjonijiet, fejn fost oħrajn mal-95,000 pensjonant irċevew il-pagament b’rati miżjuda, li jammontaw għal żieda ta’ €50 kull erba’ ġimgħat, meta mqabbel mas-sena l-oħra.

INWETTQU FLIMKIEN: Minister for Social Policy and Children’s Rights Michael Falzon announces implementation of social measures for the first quarter of 2023

Mat-€38.5 miljun marru f’benefiċċji non-kontributorji. B’hekk b’kollox fl-ewwel xahrejn tal-2023, żdiedet b’aktar minn €13-il miljun in-nefqa f’benefiċċji soċjali, meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.

B’dan ifisser li l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, fl-ewwel sena tal-leġiżlatura, se jkun beda jwettaq il-miżuri soċjali kollha. Fil-fatt se jkunu twettqu 20 minn 22 miżura soċjali. Miżuri li l-għan tagħhom huwa li jtejbu l-livell ta’ għajxien u l-benesseri ta’ kull individwu.

Dawn id-dettalji tħabbru mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet, li matulha ngħata rendikont tal-miżuri soċjali implimentati.

Ekonomija

Sport