Il-President ta’ Malta George Vella flimkien ma’ martu Miriam irringrazzjaw lill-membri tal-Malta Taxi Licensed Association li żammew mat-tradizzjoni biex iferrħu lit-tfal li jgħixu fi djar tat-tfal f’ġurnata ta’ attivitajiet u divertiment.
Huma attendew għal din l-attività li saret ilbieraħ – attività li tirrifletti l-veru spirtu tal-Milied – li nirrispettaw lil xulxin u naħsbu fil-bżonnijiet ta’ ħaddieħor.
Il-President Vella ħeġġeġ lit-tfal biex meta jikbru għada pitgħada jagħmlu l-istess ma’ ħaddieħor.