Friday, February 21, 2025

Iż-żewġ skieken li ntużaw fil-qtil instabu fi sprall

Jidħol fir-raba’ jum il-ġuri dwar il-qtil ta’ “Il-Galalli”

Aqra wkoll

Iż-żewġ skieken ta’ 19-il ċentimetru li ntużaw waqt il-qtil instabu fi sprall fid-dar tal-akkużati. Dan ħareġ waqt xhieda li ta Surġet tal-Pulizija hekk kif daħal fir-raba’ jum tiegħu l-ġuri dwar il-qtil ta’ Brandon Pace magħruf bħala “Il-Galalli”.

Għal dan il-qtil hemm għaddejjin ġuri quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, Joseph Grech ta’ 61 sena u ibnu Kurt ta’ 31 sena magħruf bħala “in-Nemes”.

Minn investigazzjoni li kienet saret mill-pulizija kien irriżulta li fuq il-karozzi tal-akkużati kien hemm id-demm u anke mal-art. Peress li waqt din it-tfittxija kien id-dlamm, il-Pulizija kienu xegħlu torch fuq sprall li wkoll kien imċappas bid-demm u hekk kif ittawlu fih raw żewġ skieken.

Is-Surġet waqt ix-xhieda tiegħu qal li hu kien mitlub mis-superjuri tiegħu biex imur flimkien ma’ uffiċjal ieħor fi Triq San Girgor fejn jgħixu l-akkużati u anke f’dar fi Triq Santa Monica f’Tal-Pietà biex jagħmlu spezzjoni fuq żewġ vetturi u anke tat-toroq. Huma kienu mitlubin biex jieħdu kampjuni ta’ demm li seta kien hemm mal-art u mal-vetturi.

L-ewwel spezzjoni kienet saret fuq Skoda u fiha kien ehmm amont ta’ demm kemm fuq ġewwa u anke fuq barra. Dakinhar ukoll kienu ħadu baskett li kellu xi ħwejjeġ li fuqhom kien hemm tiċpis ħamrani.

Is-Surġet xehed li aktar tard għall-ħabta tas-1.30am marru jagħmlu spezzjoni oħra fuq karozza oħra tal-akkużati. Din ukoll kellha tiċpis tad-demm u kien hemm demm mal-art u mal-ħajt fejn kienet ipparkjata. Minn hemm huma bdew isegwu d-demm li wasal sa sprall.

Kien hawn li huma xegħlu torch biex ikunu jistgħu jaraw aħjar. L-isprall kien bid-demm u fih kien hemm żewġ skieken, waħda safra u l-oħra sewda li wkoll kienu bid-demm. Huma waslu biex jifhmu li dawn is-skieken kellhom konnessjoni mal-qtil ta’ Pace.

Mid-dar ta’ Joseph Grech ġew evelwati wkoll xi ħweġġej li kienu jinkludi u ‘Hoodie’ sewda, jeans u par żarbun li kienu bit-tiċpis tad-demm.

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Kevin Valletta u Kaylie Bonett mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali; l-akkużati qed jiddefenduhom l-Avukati Roberto Montalto, Edward Gatt u Kathleen Grima, filwaqt li l-Avukati Ishmael Psaila u Rachel Tua qed jidhru għall-familja tal-vittma.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport