Wednesday, October 23, 2024

Jack Wilshere se jikkowċja fl-Istati Uniti?

Aqra wkoll

Wara li l-eks midfielder internazzjonali Ingliż Jack Wilshere rtira mil-logħba tal-futbol, hu taha għall-kowċing fejn id-diriġenti ta’ Arsenal fdawlu t-tim ta’ taħt it-18-il sena. Hu sejjer tajjeb ħafna magħhom tant li l-Gunners jinsabu fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika.

Minkejja kollox, it-talenti fit-tmexxija ta’ tim ma ħarbux attenti ta’ xi diriġenti Amerikani partikolarment ta’ Colorado Rapids li jixtiquh ikun il-kowċ il-ġdid tagħhom għall-kumplament ta’ dan l-istaġun.

Colorado Rapids jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika tal-Western Conference League tal-Major League Soccer Amerikana.

Sport