Wednesday, July 24, 2024

Wara l-kampjonat tal-irġiel, l-Arabja Sawdija se tinvesti fil-futbol femminili

Aqra wkoll

L-Arabja Sawdija se tkun qed tinvesti fil-futbol tan-nisa hekk kif il-gvern tal-pajjiż se jkun qed iniedi l-programm Vision 2030 fejn diversi timijiet se jingħataw aktar fondi sabiex jinvestu fi plejers ta’ isem.

Wara li fl-istaġun li għadda, Al Nassr rebħu l-kampjonat tal-pajjiż, matul dawn l-aħħar ġimgħat waslu diversi plejers bħal Ashleigh Plumptre, l-Iżvediża Nor Mustafa u Leighanne Robe, il-plejer Veneżwelana Oriana Altuve u n-Niġerjana Rita Chikwelu.

L-għan hu li l-Arabja Sawdija ssir pajjiż fejn jattira aktar nisa jilagħbu l-futbol minkejja li hemm xi restrizzjonijiet li għadhom fis-seħħ.

Ekonomija

Sport