Il-Kowċ ta’ Tarxien Rainbows, Jacques Scerri, rebaħ l-unur tal-VBET l-Aqwa Kowċ tal- għal April.
Taħt it-tmexxija tal-Kowċ Jacques Scerri, Tarxien Rainbows kienu l-uniku tim li ma tilefx logħba fil-ħames ġimgħat tal-logħob tal-YoHealth Malta Premier li ntlagħbu f’April.
Madankollu, din ir-rimonta impressjonanti tardiva ma rriżultatx fil-fatt li setgħu iżommu posthom fil-Malta Premier, u sfortunatament għalihom ġew relegati bl-aktar mod onorabbli.
Bejn Matchdays 28 u 32 kollha kkontestati f’April, Tarxien Rainbows irreġistraw rebħiet impressjonanti fuq il-ġirien Hibernians u Sliema, u kisbu wkoll draws siewja kontra Mosta, Zabbar SP, u Birkirkara.
Il-preżentazzjoni saret nhar it-Tlieta fl-Istadium Nazzjonali, bl-Amministratur tal-Malta Premier, Rodney Vassallo jippreżenta l-premju f’isem l-isponsors.
Prosit lill-Kowċ ta’ Tarxien Rainbows, Jacques Scerri, u l-players tiegħu għal sensiela eċċellenti ta’ riżultati pożittivi matul ix-xahar ta’ April.

