Wednesday, May 20, 2026

L-Italja titlob lil Iżrael jiggantixxi  is-sigurtà ta’ attivisti Taljani interċettati fuq dgħajjes fi triqithom lejn Gaża

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat,  żviluppat sitwazzjoni ta’ tensjoni fejn jidħlu għadd ta’ dgħajjes, parti minn flotilla fi triqitha lejn Gaża. Dan wassal biex għadd ta’ attivisti ġew arrestati. Fosthom kien hemm xi persuni Taljani.

Quddiem dan, il-Gvern Taljan f’komunikat mal-Gvern Iżraeljan talab lill-Iżraeljani biex jiżguraw li l-attivisti Taljani miżmuma jkunu sikuri u trattati b’rispett. Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Antonio Tajani talab lill-Ambaxxatur Taljan f’Iżrael, Luca Ferrari, biex jieħu pass formali ieħor mal-awtoritajiet Iżraeljani biex jiżgura li ċ-ċittadini Taljani kollha li ipparteċipaw fil-Gaza Flotilla jiġu trattati b’dinjità, protetti u s-sigurtà tagħhom tiġi żgurata waqt kwalunkwe operazzjoni amministrattiva, ta’ sigurtà, jew loġistika mwettqa mill-awtoritajiet Iżraeljani,” qal il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport