Thursday, April 18, 2024

Jagħlaq 65 sena u jiġri 65 Km biex jgħin lil Puttinu Cares fost għaqdiet oħrajn

Aqra wkoll

Mhux kulħadd jagħżel li jiċċelebra għeluq sninu bl-istess mod u l-prijoritajiet ivarjaw bejn persuna u oħra ta’ kif tagħżel li tgawdi dan il-jum biex ngħidu hekk daqsxejn differenti.

Michael Attard għażel li jiċċelebra għeluq il-65 sena tiegħu b’ġirja ta’ 65 Kilometru. Huwa għażel li jieħu l-opportunità biex f’dan il-jum li ħafna jagħżlu li jaqtgħu xi ftit mir-rutina biex flimkien ma’ donaturi ġenerużi oħra ġabar somma ġmielha u qasamha lil għaqdiet differenti fil-pajjiż.

€27,500 ingħataw lil Puttinu Cares li f’reazzjoni tagħha għal din id-donazzjoni qalet li Michael ħalla lil kulħadd bla kliem b’dan il-ġest.

Talk.mt tingħaqad ma’ Puttinu Cares biex tawgura lil Michael saħħa u paċi lilu u lil familtu kollha.

Ekonomija

Sport