Tuesday, April 30, 2024

Jake Azzopardi maħtur Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli

Aqra wkoll

Jake Azzopardi nħatar Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli, l-ewwel fondazzjoni f’Malta li, permezz tagħha, il-Gvern u l-Knisja se jaħdmu flimkien biex jitwessgħu l-opportunitajiet fis-settur tal-akkomodazzjoni.

Azzopardi, li nħatar wara proċess rigoruż li segwa sejħa pubblika qal li, l-affordabbiltà fis-settur tal-akkomodazzjoni titlob minna ħsieb u ppjanar fit-tul u l-Fondazzjoni tirrappreżenta proprju dan. “Aħna attur ġdid fis-suq li bl-innovazzjoni se nipprovdu soluzzjonijiet ġodda adekwati u li jilħqu l-but ta’ kulħadd. Il-proġetti tagħna se jsaħħu l-kapital soċjal tal-pajjiż u jħallu marka ta’ sostenibbiltà finanzjarja u ambjentali.” Żied jgħid li rridu nibnu koalizzjoni għall-afforabbiltà li tinkludi lil kull min jaqsam dawn l-għanijiet soċjali.

Jake Azzopardi huwa avukat li għal dawn l-aħħar sitt snin ikkontribwixxa direttament fit-tfassil tal-politika lokali relatata mal-akkomodazzjoni b’mod partikolari fir-regolazzjoni tas-suq tal-kera u miżuri ta’ affordabbiltà.

Dan l-aħħar huwa wettaq xogħol marbut mal-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal f’Malta filwaqt li s-sena l-oħra kien wieħed mill-awturi dwar l-introduzzjoni ta’ Living Income Nazzjonali f’Malta.

Bejn l-2019 u l-2021 Azzopardi serva bħala konsulent politiku fil-Parlament Ewropew.

Fil-passat huwa ħadem fil-midja stampata fejn ħadem l-aktar fuq temi soċjali.

Sport