Sliema ASC ħabbru li Jamie Gambin ġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb.
Bħala prodott mill-aqwa tal-Akkademja ta’ Sliema, Jamie kiber fi ħdan il-klabb u kellu rwol importanti f’xi wħud mill-aktar mumenti memorabbli fl-istorja reċenti ta’ Sliema. Huwa kien parti integrali mit-tim li rebaħ id-Double fl-2024 u kkontribwixxa għall-avventura Ewropea tagħna, li laħqet il-qofol tagħha bil-midalja storika tal-bronż fiċ-Challenger Cup tal-istaġun li għadda.
Fi stqarrija Sliema ASC qalu li jinsabu ferħanin ħafna li jaraw lil Jamie jkompli l-vjaġġ tiegħu mal-Blues, hekk kif qed iħarsu ’l quddiem li jkomplu jibnu fuq is-suċċessi tagħhom u joħolqu aktar memorji indimentikabbli flimkien.




