Jammetti fastidju sesswali fuq diversi persuni fl-Università

Aqra wkoll

Raġel ta’ 23 sena ġie kkundannat sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammetta li kien wettaq fastidju sesswali fuq diversi persuni. Hu ammetta wkoll li wettaq atti mhux xierqa fil-pubbliku. 

Skont il-Prosekuzzjoni, dan il-każ kien seħħ fit-18 ta’ Novembru tal-2024 kif ukoll fil-ġranet u xhur ta’ qabel meta l-akkużat kien qiegħed fis-Sala tal-Isport tal-Università ta’ Malta

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, ikkundannatu sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport